Il-Belt Valletta

Rajna żewġ vidjos dwar il-belt kapitali ta’ Malta. Inqsamna fi gruppi u waqt il-vidjos kull grupp kellu ċ-ċans iniżżel xi noti u jipprepara għaxar mistoqsijiet dwar il-Belt Valletta.  Kull grupp kellu jkun jaf it-tweġiba għal kull mistoqsija ppreparata. Wara, kull grupp beda jsaqsi mistoqsijiet fuq il-Belt Valletta lill-gruppi l-oħra. Fl-aħħar baqa’ żewġ gruppi u l-grupp rebbieħ kien dak li ġab l-aktar tweġibiet tajbin. Din l-attivita’ se tkun utli ħafna għal nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar meta se mmorru mawra sal-Belt fejn se naħdmu t-taħriġ prattiku fil-kapitali bħala għeluq tal-lezzjonijiet fuq il-Belt Valletta fl-Istudji Soċjali.

Year 6.2 Panthers